settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-Kristjan kif imissu jġib ruħu meta talbu ma jkunx imwieġeb?

Tweġiba


Kemm Kristjani talbu għal xi ħadd, biex imbagħad jaraw talbhom bħal qisu talb li ma ġiex imwieġeb? Kemm nies talbu u abbli “qatgħu qalbhom” għaliex kienu skuraġġuti mid-dewmien tat-tweġiba għal talbhom? Alla jisma’ talbna u se jirrispondi, però dan jagħmlu fil-ħin tiegħu, li hu ta’ ġid għalina u għall-glorja tiegħu. Kif nittrattaw mat-talb mhux imwieġeb iservi mhux biss għall-benefiċċju tagħna imma wkoll għall-benefiċċju tal-oħrajn.

Meta nitolbu nkunu qed ningaġġaw erwieħna fl-aktar att ta’ komunikazzjoni prezzjuża ma’ dak li lejh aħna kontabbli għal kulma nagħmlu, att mogħti minn Alla nnifsu. Madankollu, meta nitolbu jew nitkellmu ma’ dak li jinsab fis-sema, ikun hemm drabi bħal donnu mhux qed iwieġeb. F’ċertu sens, Alla jwieġeb kull talba b’“iva,” “le,” jew “stenna.” F’kull każ, però, l-Iskrittura tissuġġerixxi li Alla qed jieħu ħsieb talbna. Il-Mulej Ġesù hu teneru u mimli mħabba; l-ikkomunikar tagħna mal-Missier Alla jogħġbu, għax hu nnifsu r-rappreżentant tagħna (Ebrej 4:15).

Spiss, għalkemm mhux dejjem, it-talb ma jkunx imwieġeb minħabba d-dnub mhux mistqarr. B’Alla ħadd ma jidħaq jew iqarraq, u dak bilqiegħda fuq it-tron jafna intimament, sal-iċken ħsieb tagħna (Salmi 139:1-4). Jekk ma nkunux miexja fl-Ispirtu jew inżommu fi qlubna mibegħda lejn xi ħadd inkella nitolbu għal ħwejjeġ b’motivi ħżiena (pereżempju għal xewqat egoistiċi), talbna jkun affettwat b’mod negattiv (2 Kronaki 7:14; Salmi 66:18; Ġakbu 4:3). Id-dnub jostakola l-abbiltà tagħna li ngawdu xirka m’Alla, u jxekkel talbna. L-inkedulità (Proverbji 15:8) u l-ipokrisija (Marku 12:40) wkoll iħallu impatt negattiv fuq talbna.

Raġuni oħra għala talbna donnu ma jkunx imwieġeb mill-Mulej hi din: Alla jkun irid illi mill-fidi tagħna toħroġ dipendenza aktar profonda u fiduċja fih, li jmisshom jiġbdu minn ġo fina sens aktar fond ta’ gratitudni, imħabba, u umiltà. B’hekk, dan iservi ta’ benefiċċju spiritwali għalina, għax hu jagħti grazzja lill-umli (Ġakbu 4:6; Proverbji 3:34). O kemm nagħdru lil dik il-mara Kagħnanija, li ma waqfitx tgħajjat quddiem il-Mulej titolbu l-ħniena waqt li kien qed iżur ir-reġjun ta’ Tir u Sidon (Mattew 15:21-28)! Ma tantx kienet it-tip ta’ persuna li rabbi Lhudi normalment kien jagħti kas. Ma kinitx Lhudija u kienet mara, żewġ raġunijiet li l-Lhud injorawha. Il-Mulej deher qisu ma weġibx il-petizzjonijiet tagħha, però kollox kien jaf dwar is-sitwazzjoni tagħha. Ma weġibtx il-bżonnijiet li talbitu immedjatament, però xorta sema’ u taha dak li tablet.

Jista’ jkun li Alla jidher qed ikun sieket magħna, però qatt ma jibgħatna idna f’idna. Anke jekk it-talb ma jkunx imwieġeb, irridu nistrieħu fuq Alla li se jagħmel dan fiż-żmien tiegħu. Anke l-eżerċizzju tat-talb hu barka għalina; huwa minħabba l-fidi tagħna li nitqanqlu biex nippersistu fit-talb. Hi l-fidi li togħġob lil Alla (Ebrej 11:6), u jekk it-talb tagħna hu batut, mhux veru li dan jirrifletti l-qagħda spiritwali tagħna? Alla jisma’ l-krib fqir tagħna għall-ħniena, u s-silenzju tiegħu jmissu jqabbad fina sens ta’ persistenza fit-talb. Ħa nixxenqu għall-ħwejjeġ skont il-qalb t’Alla u ħa nimxu fil-mogħdijiet tiegħu mhux tagħna. Jekk nibqgħu fidili u nitolbu kontinwament, inkunu qed ngħixu fir-rieda t’Alla, u dan qatt ma jkun żbaljat (1 Tessalonkin 5:17-18).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-Kristjan kif imissu jġib ruħu meta talbu ma jkunx imwieġeb?
© Copyright Got Questions Ministries