settings icon
share icon
Mistoqsija

Għaliex imissni nevanġelizza?

Tweġiba


Tevanġelizza jfisser taqsam il-vanġelu ta’ Ġesù Kristu ma’ xi ħadd. L-evanġeliżmu personali jmissu jkun l-istil ta’ ħajja ta’ kull Kristjan veru. Ingħatajna għotja kbira, u l-Imgħallem tagħna ħallielna struzzjonijiet ċari: “Morru mela ddixxiplaw il-ġnus kollha” (Mattew 28:19). Qabel ma “niddixxiplaw,” irridu nevanġelizzaw. Hemm raġunijiet oħra, apparti l-kmand ta’ Ġesù, li jmisshom jimmotivawna sabiex naqsmu l-akbar aħbar tad-dinja ma’ nies li għadhom ma semgħuhiex:

1. L-evanġeliżmu hu att ta’ mħabba. L-imħabba trid tkun il-karatteristika li tispikka f’kull wieħed mis-segwaċi ta’ Ġesù Kristu (Ġwanni 13:35; 1 Korintin 13:1–7). Hi frott tal-Ispirtu s-Santu, allura jekk xi ħadd qed jimxi fl-Ispirtu se juri imħabba fil-mod li jiddilja mal-persuni (Galatin 5:16, 22–23). Għandna l-aqwa aħbar fid-dinja. U l-imħabba timbottana sabiex naqsmuha ma’ dawk li għadhom ma semgħux. L-imħabba trid li kulħadd jingħata ċ-ċans li jirrispondi għall-offerta ta’ salvazzjoni t’Alla. Li nżommu lura aħbar li tista’ ssalva ħajja ta’ xi ħadd hi kattiverija mill-agħar; għaldaqstant, dawk li verament iħobbu ’l Alla jħobbu n-nies li Ġesù ġie biex isalva (Ġwanni 3:16–18; 1 Ġwanni 4:20).

2. L-evanġeliżmu jibnilna l-fidi tagħna.  L-aktar ħaġa li tgħinna nitgħallmu suġġett huwa li ngħallmuh lil ħaddieħor. Meta nderru lilna nfusna naqsmu l-fidi ma’ dawk ta’ madwarna, insaħħu t-twemmin tagħna. Meta nevanġelizzaw regolarment inkunu sforzati nissaraw mal-mistoqsijiet iebsa, niskopru t-tweġibiet għalina nfusna, u b’hekk inkunu preparati sabiex inwieġbu għall-mistoqsijiet tal-oħrajn. Imissna nkun “preparati dejjem biex noffru difiża ’l kull min jissupplikana biex nagħtuh reżukont għat-tama fina” (1 Pietru 3:15). Nippreparaw billi nistudjaw il-Kelma t’Alla għalina nfusna, nisimgħu għalliema bibliċi sani, u nżommu xirka intima ma’ Ġesù. Dawk id-drawwiet se jżommu ’l ħajjitna safja biex ma nkunux ipokriti u nippritkaw ħaġa imma nagħmlu oħra (Galatin 6:1).

3. L-evanġeliżmu jipprovdi benefiċċji eterni.  Ġesù ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħi biex “jaħżnu teżori fis-sema” (Mattew 6:19). Dak it-teżor jikkonsisti f’rikumpensa għal dak li għamilna fuq l-art f’ismu u għall-glorja tiegħu. Ma nkunux egoisti jekk nagħmlu għażliet li jiżguraw għalina nfusna teżori eterni. Ġesù qalilna nagħmlu hekk! Is-servizz tagħna lejh jista’ jkun jikkonsisti f’sempliċi għotja ta’ tazza ilma friska lil xi ħadd minn tiegħu (Mattew 10:42). Il-parabbola tal-amministratur inġust tenfasizza l-importanza li nagħmlu kulma nistgħu biex inġibu n-nies lejn il-fidi fi Kristu (Luqa 16:1–13).

4. L-evanġeliżmu huwa t-tifwir “tat-tama fina”  (Ebrej 6:19; 1 Pietru 3:15). Meta tnejn jaqbdu jinħabbu, bilfors juruha lil dawk kollha ta’ madwarhom. Il-ferħ jidher fuq wiċċhom; il-kwiekeb jiddu f’għajnejhom. Ikunu ħerqana biex jgħidu lil kulk min lest jisma’ dwar il-persuna meraviljuża li jħobbu. L-istess jiġri meta nimtlew bl-imħabba lejn Kristu. Ninġibdu lejn Kelmtu, lejn il-laqgħat għall-qima, u lejn dawk li jħobbuh. Infittxu opportunitajiet biex naqsmu l-verità dwaru ma’ xi ħadd li jinsab ’il bogħod minnu. Jekk Ġesù ma jkunx fuq quddiem fi ħsiebna, għandna problema spiritwali u għandna bżonn nindirizzawha l-ewwel qabel naqsmu “t-tama fina.”

5. L-evanġeliżmu jogħġob lill-Mulej.  Il-ħajja Kristjana qatt ma jmissna ngħixuha skont xi “suppost.” Madankollu spiss nisimgħu dik il-klema wżata għall-qari tal-Bibbja, talb, attendenza l-knisja, u prattiċi Nsara oħra. “Suppost nagħmel hekk, imma . . .” Dik l-imma hija problema kbira, akbar milli nixtiequ nammettu. Hi ħaġa naturali li wlied Alla jridu jogħġbu lill-Missier smewwieti tagħhom; hi l-akbar għaxqa tagħhom. F’kulma nagħmlu, bħal kalamita, inħossu dik il-ġibda biex nogħġbu ’l Alla. Anke sempliċi kompitu ta’ kuljum jitlesta bil-ferħ għax qed nagħmlu dak li Alla tana biex nagħmlu (1 Korintin 10:31; 2 Korintin 5:9). Li ngħallmu nies oħra kif ikollhom relazzjoni ma’ Kristu hu mod wieħed kif nogħġbuh. U t-twettiq tagħna jinsab filli nogħġbuh (Galatin 2:20).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Għaliex imissni nevanġelizza?
© Copyright Got Questions Ministries