settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-knisja kif inhi l-ġisem ta’ Kristu?

Tweġiba


Il-frażi “il-ġisem ta’ Kristu” hija metafora komuni fil-Patt il-Ġdid għall-knisja (dawk kollha li huma tassew salvati). Il-knisja tissejjaħ “il-ġisem wieħed fi Kristu” f’Rumani 12:5, “ġisem wieħed” fl-1 Korintin 10:17, “il-ġisem ta’ Kristu” fl-1 Korintin 12:27 u Efesin 4:12, u “il-ġisem” fl-Ebrej 13:3. Il-Knisja hija mxebbħa b’mod ċar mal-“ġisem” ta’ Kristu f’Efesin 5:23 u Kolossin 1:24.

Meta Kristu ġie fid-dinja tagħna, hu ħa ġisem fiżiku “ppreparat” għalih (Ebrej 10:5; Filippin 2:7). Permezz tal-ġisem fiżiku, Ġesù wera l-imħabba t’Alla b’mod ċar u tanġibbli – speċjalment permezz tas-sagrifiċċju tiegħu fuq is-salib (Rumani 5:8). Wara t-tlugħ fis-sema, Kristu qed ikompli ħidmietu fid-dinja permezz ta’ dawk li hu feda – il-knisja issa turi l-imħabba t’Alla b’mod ċar u tanġibbli. B’dan il-mod, il-knisja tiffunzjona bħala “l-ġisem ta’ Kristu”.

Il-Knisja tista’ tissejjaħ il-ġisem ta’ Kristu għal dawn ir-raġunijiet:

1) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu huma magħqudin miegħu fis-salvazzjoni (Efesin 4:15-16).

2) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu jsegwuh bħala r-ras tagħhom (Efesin 1:22-23).

3) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu huma r-rappreżentazzjoni fiżika ta’ Ġesù f’din id-dinja. Il-knisja hija l-organiżmu ħaj li permezz tiegħu Kristu juri ħajtu lid-dinja llum.

4) Fil-membri tal-ġisem ta’ Kristu hemm jgħammar l-Ispirtu s-Santu ta’ Kristu (Rumani 8:9).

5) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu għandhom diversità ta’ doni adattati għal funzjonijiet partikolari (1 Korintin 12:4-31). “Għax bħalma l-ġisem hu wieħed u frattant għandu ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għalkemm huma ħafna, jifformaw ġisem wieħed, hekk ukoll il-Kristu” (vers 12).

6) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu għandhom rabta komuni mal-Kristjani l-oħra kollha, irrispettivament mill-isfond, razza jew ministeru. “Sabiex ma jkunx kemm diviżjoni fil-ġisem, iżda l-membri jieħdu l-istess ħsieb ta’ xulxin” (1 Korintin 12:25).

7) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu huma siguri fis-salvazzjoni tagħhom (Ġwanni 10:28-30). Biex Kristjan jitlef is-salvazzjoni tiegħu, Alla jkollu jagħmel “amputazzjoni” fuq il-ġisem ta’ Kristu!

8) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu jieħdu sehem fil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu (Kolossin 2:12).

9) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu jaqsmu l-wirt ma’ Kristu (Rumani 8:17).

10) Il-membri tal-ġisem ta’ Kristu jirċievu d-don tat-ġustizzja u l-perfezzjoni ta’ Kristu (Rumani 5:17).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-knisja kif inhi l-ġisem ta’ Kristu?
© Copyright Got Questions Ministries