Mistoqsija
Il-fidil suppost iħoss l-Ispirtu s-Santu?
Tweġiba
Filwaqt li ċerti ministeri tal-Ispirtu s-Santu abbli jinvolvu xi affezzjoni, tipo l-konvinzjoni dwar id-dnub, il-faraġ, u l-forniment, l-Iskittura ma tgħallimniex li għandna nibbażaw ir-relazzjoni tagħna mal-Ispirtu s-Santu fuq kif inħossuna. Kull fidil imwieled mill-ġdid għandu l-Ispirtu s-Santu jgħammar fih. Ġesù jgħidilna li meta l-Paraklitu jiġi hu se jkun magħna u fina. “U jien se nirrikjesta lill-Missier, u se jagħtikom Paraklitu ieħor, sabiex ikun magħkom għal dejjem, ċoè l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax la tarah u lanqas tafu; intom tafuh, għax jibqa’ magħkom, u se jkun fikom” (Ġwanni 14:16-17). Fi kliem ieħor, Ġesù qed jibgħat ieħor bħalu biex ikun magħna u fina.
Nafu li l-Ispirtu s-Santu jinsab fina għaliex Kelmet Alla tgħidilna li hekk hu. Kull fidil imwieled mill-ġdid għandu l-Ispirtu s-Santu jgħammar fih, iżda mhux kull fidil riġenerat huwa kkontrollat mill-Ispirtu s-Santu, u hemm differenza sew. Meta nimxu fil-ġisem ma nkunux taħt il-kontroll tal-Ispirtu s-Santu, avolja xorta jibqa’ jgħammar fina. L-appostlu Pawlu jikkummenta dwar dil-verità, u juża’ illustrazzjoni li tgħinna nifhmu. “U tiskrux bl-inbid, li fih hemm id-dissipatezza, iżda kunu mimlijin bl-Ispirtu” (Efesin 5:18). Ħafna jaqraw dal-vers u jinterpretawh li jfisser illi l-appostlu qed jitkellem kontra l-inbid. Madankollu, il-kuntest ta’ dal-passaġġ huwa l-mixja u l-igwerrar tal-fidil riġenerat. Hawn xi ħaġa aktar minn sempliċement twissija biex ma nixorbux iżżejjed inbid.
Meta n-nies ikunu fis-sakra għax xorbu ħafna inbid, jesibixxu ċerti karatteristiċi: isiru goffi, kliemhom ikun imfixkel, u l-ġudizzju tagħhom jiċċajpar. L-appostlu Pawlu jippreżenta tixbiha hawnhekk. Bħalma hemm ċerti karatteristiċi li jidentifikaw lil xi ħadd li hu kkontrollat mill-inbid żejjed, imissu jkun hemm ukoll ċerti karatteristiċi li jidentifikaw lill-persuna kkontrollata mill-Ispirtu s-Santu. Fil-Galatin 5:22-24 naqraw dwar “il-frott tal-Ispirtu.” Il-fidili kollha jagħtu evidenza ta’ dal-frott, jew virtujiet, dment li jkunu kkontrollati mill-Ispirtu s-Santu.
It-temp tal-verb fl-Efesin 5:18 jindika proċess kontinwu li “qed tkun mimli” mill-Ispirtu s-Santu. Billi din eżortazzjoni, nikkonkludu li allura huwa possibbli li ma nkunux qed inkunu mimlija jew ikkontrollati mill-Ispirtu. Il-kumplament ta’ Efesin 5 jagħtina l-karatteristiċi ta’ fidil mimli bl-Ispirtu s-Santu. “Filli tkellmu lil xulxin b’salmi u innijiet u kanzunetti spiritwali, tkantaw u tgħannu tifħir minn qalbkom lis-Sid; tirringrazzjaw dejjem ’l Alla l-Missier għal kollox, f’isem Sidna Ġesù Kristu. filli tkellmu lil xulxin b’salmi u innijiet u kanzunetti spiritwali, tkantaw u tgħannu tifħir minn qalbkom lis-Sid; tirringrazzjaw dejjem ’l Alla l-Missier għal kollox, f’isem Sidna Ġesù Kristu” (Efesin 5:19-21).
M’aħniex mimlija bl-Ispirtu għax inħossuna li aħna hekk, imma għaliex dan hu l-privileġġ u l-possediment tal-Kristjan. Li tkun mimli jew ikkontrollat mill-Ispirtu huwa r-riżultat ta’ mixja fl-ubbidjenza lejn il-Mulej. Din hi għotja tal-grazzja u mhux xi affezzjoni emozzjonali. L-emozzjonijiet kapaċi jqarrqu bina, u spiss hekk jiġri, u jista’ jkun li nitqanqlu f’ferneżija emozzjonali u purament karnali li mhijiex mill-Ispirtu s-Santu. “Mela ngħidilkom, imxu fl-Ispirtu, u b’ebda mod mhu se twettqu l-leblieba tal-laħam....Ladarba ngħixu bl-Ispirtu, ħa nimxu wkoll bl-Ispirtu” (Galatin 5:16,25).
Madankollu ma nistgħux niċħdu li jista’ jkun hemm żmien meta tant inkunu megħluba mill-preżenza u l-qawwa tal-Ispirtu, li din spiss tkun esperjenza emottiva. Meta jiġri hekk inġarrbu hena inkomparabbli. Is-Sultan David “żifen b’saħħtu kollha” (2 Samwel 6:14) meta tellgħu l-Arka tal-Patt lejn Ġerusalemm. L-esperjenza tal-ferħ mill-Ispirtu hi l-fehma li bħala wlied Alla qed inkunu mbierka bil-grazzja tiegħu. Mela, assolutament, il-ministeru tal-Ispirtu s-Santu jista’ jkun jinvolvu l-affezzjonijiet u l-emozzjonijiet tagħna. Fl-istess ħin, m’għandniex nibbażaw l-assigurazzjoni dwar jekk għandniex l-Ispirtu s-Santu jew le fuq kif inħossuna.
English
Il-fidil suppost iħoss l-Ispirtu s-Santu?