Mistoqsija
X’jiġifieri l-ħlas tad-dnub hi l-mewt?
Tweġiba
Rumani 6:23 jgħid, “Għax il-paga tad-dnub hi l-mewt, imma d-don b’xejn t’Alla hu l-ħajja eterna fi Kristu Ġesù Sidna.” Fil-qalba tiegħu, id-dnub hu ribelljoni kontra Alla. Dnubna jisseparana minn m’Alla, il-ħallieq u s-sostenitur tal-ħajja. Ġesù qal, “Jien hu t-triq, u l-verità, u l-ħajja” (Ġwanni 14:6a). Alla hu magħruf bħala l-“Jien hu” l-kbir. Il-ħajja hi f’Alla. Allura, meta nidinbu u ninfirdu minn m’Alla, ninfirdu mill-ħajja vera. Għaldaqstant, bilfors, nesperjenzaw il-mewt. Hemm bżonn kjarifikazzjoni fi tliet punti:
L-ewwel, id-dnub ma jwassalx neċessarjament għall-mewt fiżika mill-ewwel. Rumani 6 mhux jgħidilna li meta nidinbu mmutu fiżikalment. Aktarx, qed jirreferi għall-mewt spiritwali.
It-tieni, meta nkunu salvati minn Kristu, inkunu salvati mill-mewt spiritwali finali u ninġiebu fl-aqwa ħajja spiritwali. Pawlu ddikjara, “Id-don b’xejn t’Alla hu l-ħajja eterna fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 6:23b).
It-tielet, anke d-dnub tal-fidili jirriżulta f’tip ta’ mewt spiritwali. Għalkemm inkunu salvati mill-kastig finali tad-dnub (firda eterna minn Alla), ma neħilsuhiex mill-konsegwenzi naturali ta’ relazzjoni miksura mal-Missier. Meta nidinbu, nesperjenzaw is-sintomi tal-mewt spiritwali. Abbli nħossuna ħatja, konfużi, jew maqtugħin minn m’Alla. Naġixxu bħala inġusti aktarx milli bħala ġusti. Dnubna, anke bħala fidili, ifieri l-qalb t’Alla u jnikket l-Ispirtu tiegħu (Efesin 4:30). Għalkemm ma jaqtax ir-relazzjoni tagħna miegħu, dnubna jpoġġi ħajt bejnietna.
Aħseb fuq iben u ġenitur. Meta t-tifel ikun diżubbidjenti, ir-relazzjoni mal-ġenitur tixxellef. Il-ġenitur jibqa’ jħobb lit-tifel u jibqa’ jixtieq l-aħjar ġid għat-tifel. It-tifel qatt ma jieqaf jappartieni għall-ġenitur. Madankollu, it-tifel abbli jesperjenza konsegwenzi: sfiduċja, dixxiplina, sens ta’ ħtija, u ħwejjeġ simili. Ir-relazzjoni fl-aħħar mill-aħħar tkun irrestawrata, però ġeneralment l-ewwel jiġi l-uġigħ.
L-istess jiġri bejna u Alla. Meta nirribellaw kontra l-liġi t’Alla, neħduha kontra l-ħajja, u għaldaqstant nesperjenzaw il-mewt (ksur li jirriżulta f’uġigħ). Meta nirritornaw lejn Alla nkunu wkoll restawrati għall-ħajja spiritwali - xirka m’Alla, sens ta’ skop fil-ħajja, ġustizzja, libertà, u l-bqija. Il-missier ferħan fil-parabbola tal-Iben il-Ħali qalha l-aħjar: “Għax dan ibni kien mejjet u reġa’ għex” (Luqa 15:24).
English
X’jiġifieri l-ħlas tad-dnub hi l-mewt?