Mistoqsija
Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhi l-benevolenza?
Tweġiba
Galatin 5:22-23 jagħtina lista tal-frott tal-Ispirtu - il-karattru ta’ xi ħadd li qed iħalli l-Ispirtu s-Santu jiżviluppalu l-maturità f’ħajtu. Il-ħames karatteristika, il-benevolenza, nistgħu nirreferu għaliha wkoll bħala ġentilezza.
Il-kelma Griega għal “benevolenza” hi chrēstotēs. Tfisser “beninnità, tħassib teneru, rettitudni.” Hija benevolenza tal-qalb u benevolenza fl-azzjoni.
Il-benevolenza hija l-karatteristika li wasslet lil Alla biex ipprovdilna salvazzjoni (Titu 3:4-5; Rumani 2:4; 11:22). Il-benevolenza mexxiet lil Alla biex jagħtina mergħat iħaddru, ilmijiet kwieti, u restawr ta’ ruħna meta ngħejjew (Salmi 23:2-3). Hija l-kura tenera t’Alla li ġġiegħlu jkun jixtieq jiġborna taħt ġwenħajh, biex jipproteġina u jżommna qrib tiegħu (Salmi 17:8; 36:7; 61:4; Mattew 23:37). Alla wera l-benevolenza meta, waqt nixfa, lil Elija u lill-armla ta’ Sarepta provdielhom - u wera’ aktar benevolenza meta iżjed tard qajjem mill-mewt l-uniku iben tal-armla (1 Slaten 17:8-24). Meta Sara eżiljat lil Ħagar u lil Ismael, Alla, lil dawn l-imwarrbin, uriehom il-benevolenza tiegħu billi provdielhom ilma u tama (Ġenesi 21:9-21). F’okkażjonijiet varji, kienet il-benevolenza li qanqlet lil Ġesù jieqaf minn dak li kien qed jagħmel u jgħin lil dawk fil-bżonn (Marku 6:34; 7:29; 10:46-52). U l-benevolenza mexxiet lir-Ragħaj it-Tajjeb biex isalvana meta niżvijaw (Luqa 15:3-7). Fil-benevolenza hu “jiġbor il-ħrief f’driegħu u jġorrhom fi ħdanu; u jmexxi b’ġentilezza lil dawk li jreddgħu” (Isaija 40:11).
Meta nuru l-benevolenza t’Alla, inkunu teneri, qalbna tajba, u utli għall-oħrajn. Kull azzjoni, kull kelma jkollha fiha t-tagħma tal-grazzja. Biex inżommu din l-attitudni lejn dawk li nħobbu diġà xi ħaġa iebsa. Biex nesprimu l-benevolenza lejn min hu kontrina nirrekjiedu l-ħidma t’Alla (2 Korintin 6:4-6). Minħabba f’hekk li l-benevolenza hi frott tal-Ispirtu.
English
Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhi l-benevolenza?