settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhi l-fedeltà?

Tweġiba


Il-fedeltà hi sodizza, kostanza, jew lealtà; hi attenzjoni filli nżommu dak li konna afdati bih; hija l-konvinzjoni li l-Iskritturi jirriflettu r-realtà bl-eżatt. Il-fedeltà biblika tesiġi twemmin f’dak li l-Bibbja tgħid dwar Alla - l-eżistenza tiegħu, ix-xogħlijiet, u l-karatrru tiegħu. Il-fedeltà hi frott tal-Ispirtu; ir-riżultat tal-ħidma tal-Ispirtu fina. Però l-Ispirtu huwa wkoll is-siġill tal-fedeltà. Huwa x-xhieda tagħna favur il-wegħda t’Alla li jekk naċċettaw il-verità dwar Alla, hu se jsalvana.

L-Epistola lill-Ebrej, kapitlu 11, jagħtina lista twila ta’ rġiel u nisa leali fil-Patt il-Qadim li afdaw lil Alla. Il-fehma li Abel kellu t’Alla għamlet is-sagrifiċċju tiegħu veru u awtentiku. Noè fada l-kelma t’Alla dwar il-ġudizzju li kien ġej kif ukoll il-wegħda t’Alla li se jsalva lil familtu (Ġenesi 6-9). Abraħam u Sara emmnu kontra kull evidenza li kien se jkollhom iben. (Ġenesi 21:1-34). Raħab afdat lil Alla li kien se jipproteġi lill-familtha meta l-Iżraeliti qerdu ’l Ġerko (Ġożwè 6). Il-fidi daqs żerriegħa tal-mustarda ħarbtet armata sħiħa (Imħallfin 6-7).

F’dik il-lista fl-Ebrej 11 insibu l-eżempju ta’ Ħenok, li “qabel it-teħid tiegħu nxtehedlu li għoġob ’l Alla. U mingħajr fidi impossibbli togħġbu, għax min jersaq lejn Alla jeħtieġ jemmen illi jeżisti u li jsir premjatur għal dawk li jfittxuh sew” (vs. 5-6). Il-fidi, jew l-impenn leali għal dak li Alla jgħid dwaru nnifsu, hi bażika għal mixja m’Alla. Hekk kif Ġesù vjaġġa, wieġeb għall-fidi tan-nies u fejn ma kienx hemm fidi naqqas l-involviment tiegħu (Marku 6:1-6).

Ħenok fehem li Alla jippremja ’l dawk li jfittxuh u jafdawh b’qalbhom kollha. Nafdaw dak li jagħmel Alla għax nafdaw lilu, u mhux il-kontra. Fi kliem ieħor, nafdaw ’l Alla anke meta sieket u ma naraw ebda miraklu. Din parti mill-fedeltà. Nafu li Alla ta’ min tafdah; hu affidabbli u veru.

Il-qaddisin tal-Patt il-Qadim ukoll kellhom il-fidi fil-ħidma inviżibbli t’Alla (Ebrej 11:3). Abraħam qatt ma ra ’l nislu jsir “numeruż daqs il-kwiekeb fis-sema.” Mosè qatt ma daħal fl-Art Imwiegħda. U ebda wieħed mill-qaddisin tal-Patt il-Qadim ma għex biex jara l-Messija. Imma lkoll kienu leali. Emmnu li Alla kien se jagħmel bħalma wiegħed. Għexu bil-fidi u mhux bil-viżjoni (2 Korintin 5:7).

Bil-fedeltà temmen li Alla hu min jgħid li hu u tkompli f’dak l-għarfien minkejja l-kapriċċi tal-ħajja. Fil-prattika, tfisser nemmnu dak li Alla qal fil-Bibbja, u mhux neċessarjament dak li d-dinja jew għajnejna jgħidulna. Nemmnu li għad jaħdem kollox għall-ġid. Nemmnu li se jaħdem ir-rieda tiegħu fina. U nemmnu li l-qagħda tagħna fid-dinja mhi xejn meta mqabbla mar-rikumpensa futura tagħna fil-ġenna. L-uniku mod li jkollna din it-tip ta’ fidi hi permezz tal-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. Hu jixhed favur il-verità u jimbottana biex infittxu ’l Alla. L-Ispirtu hu li jagħmilna leali.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhi l-fedeltà?
© Copyright Got Questions Ministries