Mistoqsija
Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhu t-tjieba?
Tweġiba
Fil-Galatin 5:22-23, Pawlu jagħtina lista ta’ “frott tal-Ispirtu.” “Frott,” hawnhekk, ifisser “riżultati favorevoli,” il-ħwejjeġ tajba li jiġu mill-preżenza tal-Ispirtu fina. Hekk kif l-Ispirtu s-Santu jaħdem f’ħajjitna, il-karattru tagħna jinbidel. Fejn qabel għożżejna l-egoiżmu, il-krudiltà, ir-ribelljoni, u l-inkejja, issa għandna l-imħabba, il-ferħ, is-sliem, il-paċenzja, il-benevolenza, it-tjieba, il-fedeltà, il-manswetudini u l-awtokontroll. Kull ħaġa fil-lista tirrifletti l-karattru t’Alla, u t-tjieba hi waħda li tirrelata direttament mal-moralità.
It-tjieba hi l-virtù u l-qdusija fl-azzjoni. Tirriżulta f’ħajja karatterizzata b’għemil immotivat mill-ġustizzja u xewqa li tkun ta’ barka. Hi karatteristika morali ta’ persuna mimlija bl-Ispirtu. Il-kelma Griega tradotta “tjieba,” agathosune, hi definita bħala “tjubija tal-qalb u l-ħajja.” Agathosune hija tjieba għall-benefiċċju tal-oħrajn, mhux tjieba biex sempliċement tkun virtuż.
Xi ħadd b’agathosune jaġixxi b’mod altruwistiku għan-nom tal-oħrajn. Li tikkonfronta lil xi ħadd rigward id-dnub juri tjieba. L-istess l-għoti lill-fqar, li tipprovdi għal uliedek, iżżur il-morda, toffri biex tnaddaf wara xi tempesta, u titlob għal xi għadu. Espressjonijiet ta’ tjieba huma varji daqs kemm l-Ispirtu hu kreattiv.
It-tjieba mhix xi kwalità li kapaċi nimmanifatturawha b’ħilitna. Ġakbu 1:17 jgħid, “Kull donazzjoni tajba u kull għotja perfetta hi minn fuq, nieżla mingħand il-Missier tad-dwal.” Dan ċertament jinkludi ħajja kkaratterizzata mit-tjieba. Meta nħallu l-Ispirtu jikkontrollana, nitbierku bil-frott tat-tjieba. Hekk kif ħaddieħor jara l-atti tajbin tagħna, jigglorifika lill-Missierna li hu fis-smewwiet (Mattew 5:16).
English
Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – X’inhu t-tjieba?