Mistoqsija
Kif nista’ nevanġelizza ’l ħbiebi u qrabati mingħajr ma nimbuttahom ’l hemm?
Tweġiba
F’xi żmien jew ieħor kull Kristjan kellu lil xi ħadd jiġi minnu, ħabib, kollega, jew individwu ieħor li jaf illi mhuwiex Kristjan. Taqsam il-vanġelu mal-oħrajn jista’ jkun diffiċli; isir aktar diffiċli meta jinvolvi persuni li magħhom għandna rabtiet emozzjonali fil-qrib. Il-Bibbja tgħidilna li xi nies se joffendu ruħhom bil-vanġelu (Luqa 12:51–53). Madankollu, aħna kmandati biex naqsmu l-vanġelu, u m’hemm skuża biex nibqgħu lura (Mattew 28:19–20; Atti 1:8; 1 Pietru 3:15).
Mela, kif se nevanġelizzaw lill-membri tal-familja tagħna, ħbieb, kollegi u konoxxenzi? L-aktar ħaġa important li nagħmlu hu li nitolbu għalihom. Itlob sabiex Alla jbiddlilhom qlubhom u jiftħilhom għajnejhom għall-verita tal-vanġelu (2 Korintin 4:4). Itlob ħalli Alla jikkonvinċihom dwar imħabbtu lejhom u l-bżonn biex ikunu salvati permezz ta’ Ġesù (Ġwanni 3:16). Itlob għall-għerf biex tagħraf kif isservihom l-aħjar (Ġakbu 1:5).
Jeħtieġ inkunu rridu kif ukoll qalbiena fix-xhieda proprja tal-vanġelu. Ipproklama l-messaġġ ta’ salvazzjoni fi Kristu lil ħbiebek u l-familjari tiegħek (Rumani 10:9–10). Dejjem kun imħejji biex titkellem dwar il-fidi tiegħek, bil-manswetudini u r-rispett (1 Pietru 3:15). Xejn ma jieħu post ix-xhieda personali tagħna favur l-vanġelu: “Il-fidi tiġi mis-smigħ, u s-smigħ permezz ta’ kelmet Kristu” (Rumani 10:17).
Mat-talb u l-ixxerjar tal-fidi tagħna, irridu ngħixu ħajja Kristjana qaddisa quddiem il-ħbieb u l-membri tal-familja tagħna biex ikunu jistgħu jaraw il-bidla li Alla għamel fina (1 Pietru 3:1–2). Fl-aħħar mill-aħħar, irridu nafdaw is-salvazzjoni tal-maħbubin tagħna f’idejn Alla. Is-setgħa u l-grazzja t’Alla li jsalvaw lin-nies, mhux l-isforzi tagħna. L-aktar li nistgħu nagħmlu hu li nitolbu għalihom, nagħtuhom xhieda, u ngħixu ħajja Kristjana quddiemhom. Huwa Alla li jkabbar (1 Korintin 3:6).
English
Kif nista’ nevanġelizza ’l ħbiebi u qrabati mingħajr ma nimbuttahom ’l hemm?