Mistoqsija
X’inhi ċ-ċavetta biex nitgħallem nitlob?
Tweġiba
Fit-tfittxija tagħna għaċ-ċavetta kif nitgħallmu nitolbu, irridu nistmaw il-kelma tagħlim. Kumbinazzjoni, iċ-ċavetta għat-talb hija l-istess ċavetta għad-dixxipolat. Il-kelma dixxiplu litteralment tfisser “student,” u jekk beħsiebek tkun student tat-talb, il-qagħda tiegħek titlob żewġ affarijiet: l-umiltà u għalliem. It-talb jiffamiljarizzak mat-tnejn.
Biex tibda, iċ-ċavetta biex titgħallem xi ħaġa jinvolvi li tammetti l-limitazzjonijiet tiegħek. Din umiltà. Jekk qed tissara mat-talb, fondamentalment qed titlef il-gwerra kontra l-kburija tiegħek stess għaliex, biex titlob, trid tirrikonoxxi l-kobor t’Alla fuq tiegħek. Hu l-għalliem tiegħek. U fejn jgħallimna Alla? F’Kelmtu. Iċ-ċavetta biex nitgħallmu nitolbu - id-dixxipolat - mhux se sseħħ jekk tfittex l-għajnuna mingħand xi guru famuż tal-awto-assistenza, xi pastor ċelebrità, jew xi mara anzjana fit-triq tiegħek, avolja qaddejja għorrief ta’ Ġesù kapaċi jgħinuk fit-talb. Alla stabbilixxa t-talb, għalhekk hu kapaċi jgħallmek x’inhu u kif tagħmlu.
Wieħed mill-modi li Alla jgħallem il-fidili kollha hu billi jagħtina l-eżempji. Il-Missierna hi l-aktar eżempju famuż (Mattew 6:9–13). Innota żewġ affarijiet hekk kif taqra l-Missierna: 1. Liema “ċwievet għat-talb” tosserva fil-passaġġ? 2. Fit-talba ta’ Ġesù, x’ma tarax li suppost tistenna li jkun hemm? Meta twieġeb dawn il-mistoqsijiet, tkun bdejt tajjeb biex titgħallem kif għandek toqrob lejn Alla fit-talb.
L-Iskrittura tirrekordja wkoll ħafna aktar talb li jistgħu jipprovdulna ċ-ċavetta għal kif nitgħallmu nitolbu. Pereżempju, hawn xi referenzi għat-talb kollu ta’ Pawlu:
Rumani 8:1–10; 10:1; 12:12; 15:5–6, 13, 30–33 1 Korintin 1:4–9; 16:23 2 Korintin 1:3–7; 2:14–16; 9:12–15; 13:7–9 Galatin 6:18 Efesin 1:3–5, 15–23; 3:14–21; 6:19–20 Filippin 1:3–6, 9–11; 4:6–7, 23 Kolossin 1:3–14; 4:2–4 1 Tessalonkin 1:2–3, 13–16; 3:9–13; 5:23–24, 28 2 Tessalonkin 1:3–5, 11–12; 2:16–17; 3:2–5–16 1 Timotju 1:12; 2:1–3 2 Timotju 1:3–7, 16–18; 4:22 Titu 3:15 Filemon 1:4–7, 25
Hekk kif taqra t-talb ta’ Pawlu, umilja ruħek quddiem Kelmet Alla. Ħalli t-talb ta’ Pawlu jgħallmek. Ikteb ħsibijietek waqt li taqra, u tista’ tassigura ruħek illi tkun ftaħt aktar għodod fil-kaxxa tal-għodda ta’ talb tiegħek.
Hawn taħt hawn “talb kantat” varju irrekordjat fil-Ktieb tas-Salmi. Huma elenkati skont il-ġeneru:
• Lamentazzjoni Talb kantat li jesprimi niket, mistoqsijiet, u dubji, li jmexxik mill-protesta għat-tifħir. Komunitarju: Salmi 12, 44, 58, 60, 74, 79, 80, 83, 85, 89, 90, 94, 123, 126, 129. Individwali: Salmi 3, 4, 5, 7, 9, 10, 13, 14, 17, 22, 25, 26, 27, 28, 31, 36, 39, 40:12-17, 41, 42, 43, 52—57, 59, 61, 64, 70, 71, 77, 86, 89, 120, 139, 141, 142.
• Penitenzjali Talb kantat li jmexxik minn ħabi tad-dnub għall-istqarrija tiegħu. Salmi 6, 32, 38, 51, 102, 130, 143.
• Imprekatorju Talb kantat li jmexxi mill-biża’ minħabba l-għedewwa tiegħek għall-fidi. Salmi 35, 69, 83, 88, 109, 137, 140.
• Radd il-ħajr Talb kantat li jesprimi ferħ fix-xogħolijiet u l-karattru t’Alla lil hinn u ’l fuq minn tiegħek. Komunitarju: Salmi 65, 67, 75, 107, 124, 136. Individwali: Salmi 18, 21, 30, 32, 34, 40:1-11, 66:13-20, 92, 108, 116, 118, 138.
• L-Istorja tas-Salvazzjoni Talb kantat li jfakkrek fl-istorja ridentiva t’Alla, waqt li fl-istess ħin ipoġġilek l-istorja tiegħek f’perspettiva. Salmi 8, 105, 106, 135, 136.
• Għanjiet ta’ Afdar Talb kantat li jmexxuk ’il quddiem fil-fidi. Salmi 11, 16, 23, 27, 62, 63, 91, 121, 125, 131.
• Innijiet u Dossoloġija Talb kantat li jgħinek tirrispondi b’affezzjoni għall-verità li tibqa’ għaż-żmien minflok tkun imkaxkar miċ-ċirkostanzi preżenti. Salmi 8, 19:1-6, 33, 66:1-12, 67, 95, 100, 103, 104, 111, 112, 113, 114, 117, 145, 146, 147, 148, 149, 150.
• Patt Liturġiku u Liturġiji tat-Tempju Talb kantat li jmexxik lejn qima kif iridha Alla aktarx milli qima ċċentrata fuq il-bniedem. Salmi 15, 24, 50, 68, 78, 81, 82, 89, 95, 115, 132, 134.
• It-Tron Irjali Talb kantat li jfakkarna s-sovranità t’Alla u r-renju tiegħu f’nofs il-glorja u l-uġigħ. Salmi 2, 18, 20, 21, 29, 45, 47, 72, 93, 95, 96, 97, 98, 99, 101, 110, 144.
• Għanjiet ta’ Sijon Talb kantat li jmexxik lejn is-saltna t’Alla, oħla u akbar mis-saltniet kollha tal-art. Salmi 46, 48, 76, 84, 87, 122.
• Salmi Sapjenzjali Talb kantat li jgħinek tiftakar il-verità fid-dinja giddieba. Salmi 1, 19:7-14, 36, 37, 49, 73, 112, 119, 127, 128, 133.
L-iskop tat-talb hu li jimbottak qrib il-karattru t’Alla. It-talb mhuwiex intenzjonat biex jikkonforma ’l Alla għar-rieda, bżonnijiet, jew xewqat tiegħek. Hu maħsub biex imexxik ħalli ssir aktar tixbaħ lil Ġesù. It-talb t’hawn fuq jista’ jgħallmek ir-rieda u x-xewqat t’Alla, u xi jrid minnek. Jekk int umli quddiem Alla, l-għalliem tiegħek, bl-imħabba se jgħallmek biex titlob differenti, tixtieq ħwejjeġ differenti, u tgħix b’modi differenti.
English
X’inhi ċ-ċavetta biex nitgħallem nitlob?