settings icon
share icon
Mistoqsija

Xi jfisser titlob f’isem Ġesù?

Tweġiba


Talb f’isem Ġesù hu mgħallem fi Ġwanni 14:13-14, “U kulma tissupplikaw f’ismi, dan se nagħmel, sabiex il-Missier ikun glorifikat fl-Iben. Jekk tissupplikawni kwalunkwe ħaġa f’ismi, jien se nagħmilha.” Xi wħud japplikaw dan it-tagħlim b’mod żbaljat, hekk kif jaħsbu li jekk tgħid “f’isem Ġesù” fl-aħħar tat-talba se jirriżulta filli Alla dejjem jagħtik dak li għalih tkun tlabt. Essenzjalment, tkun qed tqis il-kliem “f’isem Ġesù” bħala xi formula maġika. Dan assolutament mhux bibliku.

Titlob f’isem Ġesù jfisser li titlob bl-awtorità tiegħu u tistaqsi ’l Alla l-Missier jaġixxi fuq talbna għaliex qed nersqu għan-nom ta’ Ibnu, Ġesù. Li titlob f’isem Ġesù tfisser l-istess ħaġa daqslikieku titlob skont ir-rieda t’Alla, “U din hi l-fiduċja li għandna quddiemu, illi jekk nissupplikaw xi ħaġa skont ir-rieda tiegħu, jismagħna. U jekk nafu illi jismagħna fi kwalunkwe ħaġa li nissupplikawh, nafu illi għandna s-suppliki li ssupplikajna mingħandu” (1 Ġwanni 5:14-15). Titlob f’isem Ġesù jfisser titlob għall-ħwejjeġ li jonoraw u jigglorifikaw lil Ġesù.

Li tgħid “f’isem Ġesù” fl-aħħar ta’ talba mhix xi formula maġika. Jekk dak li nirrikjestaw jew ngħidu meta nitolbu mhuwiex għall-glorja t’Alla u skont ir-rieda tiegħu, ma jfisser xejn billi tgħid “f’isem Ġesù.” L-importanti hu li titlob ġenwinament f’isem Ġesù u għall-glorja tiegħu, mhux iżżid ċertu kliem fi tmiem it-talba tiegħek. L-importanti mhux il-kliem tat-talba, imma l-għan wara t-talba. Il-qofol tat-talb f’isem Ġesù hu li titlob għall-ħwejjeġ li jaqblu mar-rieda t’Alla.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Xi jfisser titlob f’isem Ġesù?
© Copyright Got Questions Ministries