settings icon
share icon
Mistoqsija

Min hu Satana?

Tweġiba


L-opinjonijiet dwar Satana jvarjaw mir-redikolu (il-karattru ċkejken aħmar u bil-qrun fuq spallejk li jħajrek għall-ħażin) sal-astratt (il-personifikazzjoni tal-ħażen). Il-Bibbja, madankollu, tagħtina stampa reali ta’ Satana, min hu, u kif jaffettwa ħajjitna. Fil-qosor, il-Bibbja tgħallem li Satana huwa anġlu li waqa’ mill-qagħda għolja tiegħu fil-ġenna minħabba d-dnub. Huwa l-għadu ewlieni t’Alla u jagħmel minn kollox biex ifixkel l-għanijiet t’Alla.

Satana kien maħluq bħala anġlu qaddis. Ismu kien Luċifru qabel il-waqgħa tiegħu (Isaija 14:12). Kien maħluq bħala Kerubin, l-ogħla fost l-anġli (Ezekiel 28:12-14). Sar arroganti minħabba s-sbuħija u l-awtorità tiegħu, u ddeċieda li jpoġġi fuq it-tron ’il fuq minn Alla (Isaija 14:13-14; Eżekjel 28:15; 1 Timotju 3:6). Il-kburija waslet għall-waqgħa – innota kemm-il darba jsemmi lilu nnifsu f’dan il-pass (Isaija 14:12-15). Minħabba r-ribelljoni tiegħu, Alla neħħieh darba għal dejjem mill-pożizzjoni eżaltata u r-rwol li kellu.

Satana sar il-mexxej tad-dinja, il-prinċep tal-qawwa tal-ajru (Ġwanni 12:31; 2 Korintin 4:4; Efesin 2:2). Huwa ix-xellej (Rivelazzjoni 12:10), it-tentatur (Mattew 4:3; 1 Tessalonikin 3:5), u l-qarrieq (Ġenesi 3; 2 Korintin 4:4; Rivelazzjoni 20:3). L-isem Satana jfisser avversarju; ix-xitan huwa titlu li jfisser malafamanti jew xellej.

Avolja kien imkeċċi mis-sema, Satana xorta waħda jipprova jgħolli t-tron tiegħu ’il fuq minn Alla. Hu jikkopja kulma jagħmel Alla, bit-tir li jkun meqjum mid-dinja, filwaqt li jopponi s-Saltna t’Alla. Satana jagħmel kulma jista’ biex ifixkel ’l Alla u ’l dawk kollha li jsegwuh. Madankollu, id-destin ta Satana huwa ssiġġillat; hu se jkun mixħut fl-għadira tan-nar għal dejjem (Rivelazzjoni 20:12).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Min hu Satana?
© Copyright Got Questions Ministries