settings icon
share icon
Mistoqsija

Xi jfisser taċċetta lil Ġesù bħala s-Salvatur personali tiegħek?

Tweġiba


Aċċettajt lil Ġesù Kristu bħala s-Salvatur personali tiegħek? Biex tifhem sewwa dil-mistoqsija, l-ewwel trid tifhem il-kelmiet, “Ġesù Kristu,” “personali,” u “Salvatur.”

Min hu Ġesù Kristu? Ħafna nies jammettu li Ġesù Kristu hu bniedem tajjeb, għalliem tajjeb, jew anke profeta t’Alla. Dawn il-ħwejjeġ huma ċertament veri dwar Ġesù, iżda ma jiddeskrivuhx totalment bħalma hu tassew. Il-Bibbja tgħidilna illi Ġesù hu Alla fil-laħam, Alla f’sura umana (ara Ġwanni 1:1,14). Alla ġie fid-dinja biex jgħallimna, ifejjaqna, jikkoreġina, jaħfrilna – u jmut minflokna! Ġesù Kristu hu Alla, il-Ħallieq, is-Sid sovran. Aċċettajt lil dan Ġesù?

X’inhu Salvatur, u għala neħtieġu Salvatur? Il-Bibbja tgħidilna illi aħna lkoll dnibna; il-bnedmin kollha għamlu atti ħżiena (Rumani 3:10-18). Bħala riżultat ta’ dnubna, jistħoqqilna r-rabja u l-ġudizzja t’Alla. L-uniku kastig ġust għad-dnubiet kommessi kontra Alla infinit u etern huwa kastig infinit (Rumani 6:23; Rivelazzjoni 20:11-15). Minħabba f’hekk neħtieġu Salvatur!

Ġesù Kristu ġie fid-dinja u miet minflokna. Mewtu kienet pagament infinit għal dnubietna (2 Korintin 5:21). Ġesù miet biex iħallas il-kastig għal dnubietna (Rumani 5:8). Ġesù ħallas il-prezz li aħna qatt ma stajna ħallasna. Il-qawmien tiegħu mill-qabar hu prova illi mewtu kienet suffiċjenti biex tħallas il-penali jew kastig għal dnubietna. Minħabba f’hekk Ġesù hu l-uniku Salvatur (Ġwanni 14:6; Atti 4:12)! Qed tafda f’Ġesù bħala s-Salvatur tiegħek?

Ġesù hu s-Salvatur “personali” tiegħek? Ħafna nies iħarsu lejn il-Kristjaneżmu bħala kwistjoni ta’ attendenza fi knisja, l-involviment fir-ritwal, u tibqa’ lura milli tagħmel ċerti dnubiet. Dan mhuwiex il-Kristjaneżmu veru. Il-Kristjaneżmu ġenwin hu relazzjoni personali ma’ Ġesù Kristu. Tilqa’ lil Ġesù bħala s-Salvatur personali tiegħek ifisser tqiegħed il-fiduċja personali tiegħek fih u tafdah. Ħadd ma jsalva bil-fidi ta’ ħaddieħor. Ħadd ma jkun maħfur billi jagħmel ċerti opri. L-uniku mod kif issalva huwa billi personalment taċċetta lil Ġesù bħala s-Salvatur tiegħek; tafda f’mewtu bħala l-pagament għal dnubietek, u l-qawmien tiegħu bħala l-garanzija tiegħek għall-ħajja eterna (Ġwanni 3:16). Ġesù hu s-Salvatur personali tiegħek?

Jekk trid taċċettta lil Ġesù Kristu bħala s-Salvatur personali tiegħek, għid din it-talba lil Alla. Ftakar, però, illi dit-talba, bħal kull talba oħra, ma ssalvakx. Biss fidi f’Ġesù, bil-ħidma mitmuma tiegħu fuq is-salib: hekk biss tkun salvat minn dnubietek. Din it-talba hi sempliċement mod kif tesprimi m’Alla l-fidi tiegħek fih u troddlu ħajr talli provda għas-salvazzjoni tiegħek. “O Alla, naf illi dnibt kontrik u jistħoqqli l-kastig. Iżda nemmen li Ġesù Kristu ħa l-kastig mistħoqq lili sabiex permezz tal-fidi fih inkun nista’ nirċievi l-maħfra. Nilqa’ l-offerta tiegħek għall-maħfra u nqiegħed il-fiduċja tiegħi fik għas-salvazzjoni. Naċċetta lil Ġesù bħala s-Salvatur personali tiegħi! Inroddlok ħajr għall-grazzja u l-maħfra meraviljuża tiegħek – l-għotja tal-ħajja eterna! Ammen.”

Ħadt deċiżjoni għal Kristu minħabba dak li qrajt hawn fuq? Jekk iva, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Jien aċċettajt lil Kristu llum” li tidher hawn taħt.


English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Xi jfisser taċċetta lil Ġesù bħala s-Salvatur personali tiegħek?
© Copyright Got Questions Ministries