settings icon
share icon
Mistoqsija

Kif nista’ nsir naf ir-rieda t’Alla għal ħajti? X’tgħid il-Bibbja dwar l-għarfien tar-rieda t’Alla?

Tweġiba


Kif nista’ nsir naf ir-rieda t’Alla għal ħajti? X’tgħid il-Bibbja dwar l-għarfien tar-rieda t’Alla?

Importnati nkunu nafu r-rieda t’Alla. Ġesù jgħid illi l-qraba veri tiegħu huma dawk li jafu u jagħmlu r-rieda tal-Missier. “Għax kull min jagħmel ir-rieda t’Alla, dan hu ħija u oħti u ommi” (Marku 3:35). Fil-parabbola taż-żewġ ulied, Ġesù jċanfar lilll-qassisin il-kbar u lill-anzjani talli għarralhom milli jagħmlu r-rieda tal-Missier; speċifikament ma nidmux sabiex jemmnu (Mattew 21:32). Fuq livell l-aktar bażiku, ir-rieda t’Alla għalina hi li nindmu minn dnubietna u nafdaw fi Kristu għas-salvazzjoni eterna tagħna. Jekk ma ħadniex dan l-ewwel pass, għadna ma aċċettajniex ir-rieda t’Alla għalina.

Appena nirċievu lil Kristu bil-fidi, insiru wlied Alla (Ġwanni 1 12). Jixtieq illi jmexxina fi triqtu (Salm 143:10). Alla mhuwiex qed jipprova jaħbi r-rieda tiegħu minna; irid jurihielna. Difatti diġà tana bosta direttivi f’Kelmtu. Imissna nroddu ħajr f’kull ċirkostanza, għax din hi r-rieda tiegħu għalina (1 Tessalonkin 5:18). Imissna nagħmlu l-opri t-tajba (1 Pietru 2:15). U “din hi r-rieda t’Alla, il-qdusija tagħkom, ċoè, li tastenu miż-żena” (1 Tessalonkin 4:3).

Nistgħu nsiru nafu r-rieda t’Alla u nwettquha. Rumani 12:2 jgħid: “Tkunux ikkonformati ma’ did-dinja, iżda kunu trasformati bit-tiġdid ta’ moħħkom, ħalli tipprovaw x’inhi r-rieda t’Alla, dak li hu tajjeb u aċċettabbli u perfett.” Din is-silta tagħtina sekwenza importanti: ulied Alla jirrifjutaw illi jkunu jaqblu mas-sistema tad-dinja u minflok iħallu lilhom infushom ikunu trasformati mill-Ispirtu s-Santu. Hekk kif moħħhom hu mġedded skont il-ħwejjeġ t’Alla, isiru jafu r-rieda t’Alla.

Aħna u nfittxu r-rieda t’Alla, imissna nkunu ċerti illi dak li qed nikkonsidraw mhuwiex xi ħaġa li l-Bibbja tipprojbixxi. Pereżempju, il-Bibbja tipprojbixxi s-serq; ladarba Alla tkellem ċar fuq dal-qasam, nafu li mhijiex ir-rieda tiegħu illi nisirqu xi dar jew bank – lanqas imissna nitolbu dwar dan. Imissna nkunu żguri illi kulma qed inqisu jigglorifika lil Alla u jgħin lilna u lil ħaddieħor jikber spiritwalment.

L-għarfien tar-rieda t’Alla kultant hu diffiċli għax neħtieġu l-paċenzja. Huwa naturali illi nkunu nafu r-rieda t’Alla f’daqqa, iżda normalment mhux hekk jaħdem magħna. Jiżvelalna mogħdijietu pass pass – kull pass meħud bil-fidi. Jippermettilna illi nkomplu nafdawh f’kull ħin. L-importanti hu dan: aħna u nistennew aktar gwida, nibqgħu bieżla nagħmlu s-sewwa (Ġakbu 4:17).

Sikwit nixtiequ illi Alla jiggwidana speċifikament: fejn se nsibu mpjieg, fejn se ngħammru, lil min se niżżewġu, liema karozza se nixtru, u l-bqija. Alla jippermettilna nagħmlu l-għażliet tagħna, u jekk aħna ċeduti għalih, għandu l-modi tiegħu kif ma jħalliniex nagħmlu għażliet ħżiena (ara Atti 16:6-7).

Aktar ma nsiru nafu persuna, aktar insiru midħla tax-xewqat tagħha. Pereżempju, tifel jista’ jħares fi triq traffikuża lejn ballun li ħarablu minn idejh, iżda ma jmurx jiġri warajh bl-addoċċ, għax jaf illi “Missieri ma jkunx iridni nagħmel hekk.” M’għandux għalfejn jitlob parir mingħand missieru għal kull sitwazzjoni partikolari. Jaf minn qabel x’se jgħidlu missieru għax jafu biżżejjed. L-istess jgħodd għar-relazzjoni tagħna m’Alla. Aħna u mexjin miegħu, nobdu Kelmtu u niddependu fuq l-Ispirtu tiegħu, insibu illi aħna mogħtija l-moħħ ta’ Kristu (1 Korintin 2:16). Nafuh, u dan jgħina biex niskopru r-rieda tiegħu. Insibu l-gwida t’Alla għad-dispożizzjoni tagħna. “Il-ġustizzja tan-nies retti tagħmel mogħdijiethom dritti, iżda l-ħżiena jsofru rovina bil-ħażen tagħhom stess” (Proverbji 11:5).

Jekk nixmu fil-qrib ma’ Sidna u tabilħaqq nixtiequ r-rieda tiegħu għal ħajjitna, Alla jqiegħed xewqatu fi qlubna. Il-fattur prinċipali hu dan: ħa nkunu rridu r-rieda tiegħu, mhux tagħna. “Tgħaxxaq fis-Sid, u hu se jagħtik ix-xewqat ta’ qalbek” (Salm 37:4).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Kif nista’ nsir naf ir-rieda t’Alla għal ħajti? X’tgħid il-Bibbja dwar l-għarfien tar-rieda t’Alla?
© Copyright Got Questions Ministries