Mistoqsija
X’inhi t-Triq Rumana għas-Salvazzjoni?
Tweġiba
It-Triq Rumana għas-Salvazzjoni hi mod kif nispjegaw l-aħbar it-tajba tas-salvazzjoni billi nużaw versi mill-Epistola lir-Rumani. Hu metodu sempliċi u konvinċenti kif infissru għala neħtieġu s-salvazzjoni, kif Alla provda din is-salvazzjoni, kif nistgħu nirċevuha, u x’inhuma r-riżultati tagħha.
L-ewwel vers fit-Triq Rumana għas-Salvazzjoni hu Rumani 3:23, “Għax kollha dinbu u jonqsu mill-glorja t’Alla.” Aħna lkoll dnibna. Kollha kemm aħna għamilna ħwejjeġ li ma jogħġbux lil Alla. Ħadd minna mhu innoċenti. Rumani 3:10-18 jagħti stampa dettaljata kif jidher id-dnub f’ħajjitna.
It-tieni vers fit-Triq Rumana għas-Salvazzjoni hu Rumani 6:23. Jgħallimna dwar il-konsegwenzi tad-dnub. “Għax il-paga tad-dnub hi l-mewt, imma d-don b’xejn t’Alla hu l-ħajja eterna fi Kristu Ġesù Sidna.” Il-kastig li nimmeritaw minħabba dnubietna hu l-mewt. Mhux biss mewt fiżika, iżda mewt eterna fl-infern!
It-tielet vers fit-Triq Rumana għas-Salvazzjoni jkompli fejn ħalla Rumani 6:23, “imma d-don b’xejn t’Alla hu l-ħajja eterna fi Kristu Ġesù Sidna.” Rumani 5:8 jiddikjara, “imma Alla jesibixxi l-imħabba tiegħu nnifsu lejna, billi filwaqt li aħna konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.” Ġesù Kristu miet għalina! Mewtu ħallset il-penali għal dnubietna. Ir-resurrezzjoni ta’ Ġesù tagħtina prova illi Alla aċċetta l-mewt ta’ Ibnu bħala pagament għal dnubietna.
Ir-raba’ vers fit-Triq Rumani għas-Salvazzjoni hu Rumani 10:9, “Jekk tistqarr b’fommok li Ġesù huwa s-Sid, u temmen f’qalbek illi Alla qajmu mill-imwiet, se tkun salvat.” Minħabba li miet minħabba fina, kulma fadal huwa illi aħna sempliċement nafdawh. Nemmnu illi mewtu hi tabilħaqq pagament bi tpattija għal dnubietna – u hekk inkunu salvati! Rumani 10:13 ikompli jassigurana: “Kulħadd kwalunkwe illi jinvoka isem is-Sid se jkun salvat.” Ġesù ċeda ħajtu biex iħallas il-penali għall-ħażen kollu tagħna u jeħlisna mill-mewt eterna. Is-salvazzjoni, il-maħfra tad-dnubiet, hi għad-dispożizzjoni ta’ kull persuna li tafda f’Ġesù Kristu bħala s-Sid u s-Salvatur tagħha.
L-aspett finali tat-Triq Rumani għas-Salvazzjoni huwa r-riżultati tas-salvazzjoni. Rumani 5:1 għandu dal-messaġġ meraviljuż: “Mela, ladarba aħna ġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem m’Alla permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu.” Permezz ta’ Ġesù Kristu l-fidili għandhom relazzjoni ta’ paċi m’Alla. Rumani 8:1 jgħallimna: “Għalhekk issa m’hemm l-ebda kundanna għal dawk fi Kristu Ġesù.” Minħabba mewtu fuq is-salib għalina, qatt mhu se nkunu kkundannati għal dnubietna. Finalment, għandna dil-wegħda prezzjuża t’Alla mir-Rumani 8:38-39: “Għax ninsab konvint illi la l-mewt, la l-ħajja, la l-anġli, la l-ħakkiema, la l-ħwejjeġ preżenti, la l-ħwejjeġ li ġejjin, la s-setgħat, la l-għoli, la l-fond u lanqas kwalunkwe ħliqa oħra mhi ħa tkun kapaċi tifridna mill-imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù Sidna.”
Tħoss il-bżonn illi ssegwi din it-Triq Rumana għas-Salvazzjoni? Jekk iva, hawn talba sempliċi li tista’ tesprimi quddiem Alla. Dit-talba hi biss mod kif tiddikjara m’Alla illi qed tiddependi fuq Ġesù Kristu Ibnu għas-salvazzjoni eterna tiegħek. Il-kliem innifsu ma jsalvakx. Biss bil-fiduċja sinċiera tiegħek f’Ġesù Kristu illi tkun introdott fi stat ta’ salvazzjoni. Il-kliem waħdu ma jsalvakx. Biss bil-fidi f’Ġesù illi tingħatalna s-salvazzjoni!
It-talba hi din: “O Alla, naf illi dnibt kontrik u jixraqli l-kastig. Iżda Ġesù Kristu ħa l-kastig illi jistħoqq lili ħalli permezz tal-fidi fih inkun maħfur. Bl-għajnuna tiegħek inqiegħed il-fiduċja tiegħi fih għas-salvazzjoni. Inroddlok ħajr għall-grazzja meraviljuża u l-maħfra tiegħek – l-għotja tal-ħajja eterna! Ammen.”
Ħadt deċiżjoni għal Kristu minħabba dak li qrajt hawn fuq? Jekk iva, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Jien aċċettajt lil Kristu llum” li tidher hawn taħt.
English
X’inhi t-Triq Rumana għas-Salvazzjoni?