settings icon
share icon
Mistoqsija

Jekk Ġesù kien Alla, għaliex fi Ġwanni 14:28 qal, "Il-Missier hu ikbar minni"?

Tweġiba


Fil-lejl li kien se jkun arrestat, lid-dixxpli inkwetati, Ġesù qalilhom, “Il-Missier hu ikbar minni” (Ġwanni 14:28). Ġesù kien għadu kif ħabbar it-tluq imminenti tiegħu, u dan ħawwadhom (Ġwanni 13:33–38; 14:1; 16:16–18).

Ġesù qalilhom, “Smajtu illi jien għidtilkom, ‘Sejjer, u niġi għandkom.’ Kieku ħabbejtuni, kontu tifirħu illi sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu ikbar minni” (Ġwanni 14:28). Mela, kieku veru ħabbewh, kieu jifirħu li kien sejjer għand il-Missier. Ġesù kien diġà wegħidhom li kien sejjer sabiex jipprepara post għalihom f’dar Missieru (Ġwanni 14:2). Wegħidhom ukoll li kellu jerġa’ jiġi biex jeħodhom miegħu u li jkunu fejn ikun hu għal dejjem (vers 3). Dan imissu ferraħhom. Imisshom ferħu wkoll li “l-Missier hu ikbar minni” (vers 28).

Ġwanni 14:28 spiss hu meħud barra mill-kuntest biex ikun allegat illi Ġesù mhuwiex Alla: “Jekk Ġesù hu Alla,” jgħidu l-kritiċi, “kif inhu li l-Missier ikbar minnu?” Madankollu, l-appostlu Ġwanni, jinsisti li hu Alla (Ġwanni 1:1, 18; 5:16–18; 10:30; 20:28). Ġwanni jenfasizza wkoll li Ġesù kien ubbidjenti lejn il-Missier (Ġwanni 4:34; 5:19–30; 8:29; 12:48–49). Kif se nsolvu din id-diffikultà apparenti? L-Arjani jiċħdu li Ġesù hu veru Alla, filwaqt li n-Njostiċi jiċħdu li kien veru bniedem. Iż-żewġ pożizzjonijiet huma inaċċettabbli. Allura, xi jfisser meta Ġesù qal, “Il-Missier ikbar minni”?

L-ewwel, id-dottrina tal-inkarnazzjoni tgħallem li Ġesù “battal lilu nnifsu billi ħa s-sura ta’ lsir, u sar fix-xebh tal bnedmin; u billi nstab fid-dehra bħala bniedem, umilja lilu nnifsu u sar ubbidjenti sal-mewt, imqar mewta fuq salib” (Filippin 2:7–8). Allura, “għal xi ħin qasir” (Ebrej 2:9), il-Missier kien ikbar fil-glorja u l-eżaltazzjoni. Il-Missier kien ikbar fis-sens li ma kienx suġġett għall-uġigħ u t-tbatija u l-mewt – l-Iben kien. Il-Missier kien ikbar filli ma għex fl-għeja u l-faqar u l-umiljazzjoni – l-Iben għex. Il-“kobor” imsemmi f’dal-vers għandu x’jaqsam mar-rwol, mhux mal-essenza.

It-tieni, id-dottrina tal-eternità tal-Iben tgħallem li l-Missier nissel l-Iben. Din id-dottrina diffiċli biex naħfnuha, però l-Bibbja ripetutament tafferma li Ġesù ma kellux bidu (Ġwanni 1:1; 17:5). Fi kliem ieħor, qatt ma kien hemm żmien li Ġesù ma kienx. Jekk ngħidu hekk, nispiċċaw naqgħu fl-ereżija tal-Arjaniżmu.

Ġesù eżista minn dejjem: “Fil-bidu kien il-Kelma, u l-Kelma kien m’Alla, u l-Kelma kien Alla. Hu kien fil-bidu m’Alla. Kollox sar permezz tiegħu; u mingħajru ma saret lanqas ħaġa waħda milli saret” (Ġwanni 1:1–3).

Fi Ġwanni 1:14, Ġwanni jikteb li “l-Kelma sar laħam u għammar fostna, u osservajna l-glorja tiegħu, glorja bħal tal-uniku (Iben) mingħand il-Missier, mimli grazzja u verità.” Ġesù qatt ma waqaf milli jkun Alla; sempliċement ħa fuqu n-natura umana, madankollu bla dnub (Ebrej 4:15). Dan l-iktar mument storiku fl-istorja! L-Iben omnipotenti u omnixjenti t’Alla ħa fuqu n-natura umana u għex bħal wieħed minna: kien Alla u bniedem fl-istess ħin.

Billi Ġesù dejjem kellu relazzjoni qawwija u profonda mal-Missier, id-dixxipli jmisshom ferħu li l-Iben kien sejjer lura d-dar (Ġwanni 14:28). Ġesù kien se jħalli warajh l-uġigħat u n-niket kollu ta’ did-dinja u jerġa’ jirċievu lura l-glorja li kellu mal-Missier qabel ma kienet id-dinja (Ġwanni 17:5). Kieku d-dixxipli ħabbewh, kienu jkun kuntenti għalih. Però t-tluq tiegħu kien se jservi wkoll għall-benefiċċju tad-dixxipli, għaliex ladarba Ġesù kien se jkun fis-smewwiet, kien se jibgħat il-wegħda tal-Ispirtu s-Santu biex ikun magħhom għal dejjem (Ġwanni 14:15–31).

Imissna nfaħħru ’l Alla għall-imħabba li teżisti bejn il-Missier u l-Iben, imħabba li ntweriet b’mod sħiħ meta ssaporta l-għajb tas-salib minħabba dnubietna (Ebrej 12:1–2).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Jekk Ġesù kien Alla, għaliex fi Ġwanni 14:28 qal, "Il-Missier hu ikbar minni"?
© Copyright Got Questions Ministries