settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-Kummissjoni l-Kbira x’inhi?

Tweġiba


Mattew 28:19–20 fih dak li sar magħruf bħala l-Kummissjoni l-Kbira: “Morru mela ddixxiplaw il-ġnus kollha, billi tgħammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u tgħallmuhom iħarsu kull ħaġa kwalunkwe li kkmandajtkom; u ara, jien magħkom il-jiem kollha, sal-konsumazzjoni taż-żmien.” Ġesù ta dal-kmand lill-appostli ftit qabel tela’ fis-smewwiet, u essenzjalment jiddeskrivi dak li Ġesù jistenna mill-appostli u minn dawk li segwewhom, fl-assenza tiegħu, xi jmisshom jagħmlu.

Interessanti, fil-linwa oriġinali tal-Grieg, l-uniku kmand dirett f’Mattew 28:19–20 hu “ddixxiplaw.” Il-Kummissjoni l-Kbira tistruwixxina biex nagħmlu dixxipli hekk kif interrqu fid-dinja. L-istruzzjonijiet biex “immorru,” “ngħammdu,” u “ngħallmu” huma ordnijiet indiretti—partiċipji fl-oriġinal. Kif se niddixxiplaw? Billi ngħammduhom u ngħallmuhom kulma kmanda Ġesù. “Iddixxiplaw” hu l-kmand primarju tal-Kummissjoni l-Kbira. It-“tluq,” “magħmudija,” u “tagħlim” huma l-mezzi li permezz tagħhom imwettqu l-kmand biex “niddixxiplaw.”

Dixxiplu hu xi ħadd li jirċievi struzzjoni mingħand persuna oħra; dixxiplu Kristjan huwa segwaċi mgħammed ta’ Kristu, xi ħadd li jemmen it-tagħlim ta’ Kristu. Dixxiplu ta’ Kristu jimita l-eżempju ta’ Ġesù, jaqbad mas-sagrifiċċju tiegħu, jemmen fir-resurrezzjoni tiegħu, għandu fih l-Ispirtu s-Santu, u jgħix biex iwettaq ħidmietu. Il-kmand fil-Kummissjoni l-Kbira biex “niddixxiplaw” ifisser li tgħallem u tħarreġ lin-nies sabiex isegwu u jobdu ’l Kristu. Ħafna jifhmu Atti 1:8 bħala parti mill-Kummissjoni l-Kbira wkoll: “Iżda se tirċievu s-setgħa meta jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqkom, u tkunu xhieda tiegħi kemm f’Ġerusalemm, u fil-Ġudea kollha u s-Samarija, u sa truf l-art.” Il-Kummissjoni l-Kbira saret possibbli bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu. Għandna nkunu xhieda ta’ Kristu, inwettqu l-Kummissjoni l-Kbira fl-ibliet tagħna (Ġerusalemm), fl-istati u l-pajjiżi tagħna (Ġudea u s-Samarija), u kull fejn Alla jibgħatna (sa truf l-art).

Tul il-ktieb tal-Atti naraw kif l-appostli bdew iwettqu l-Kummissjoni l-Kbira, kif miktub fl-Atti 1:8. L-ewwel, Ġerusalemm ġiet evanġelizzata (Atti 1-7); imbagħad l-Ispirtu jwessa’ l-knisja għall-Ġudea u s-Samarija (Atti 8-12); finalment, l-evanġelju jasal sa “truf l-art” (Atti 13-28). Illum inkomplu naġixxu bħala ambaxxaturi għal Kristu, u “nimplorawkom għal Kristu, ‘Kunu rikonċiljati m’Alla’” (2 Korintin 5:20).

Irċevejna don prezzjuż: “Il-fidi kommessa lill-qaddisin darba għal dejjem.” (Ġuda 1:3). Kliem Ġesù fil-Kummissjoni l-Kbira juru qalb Alla, li jixtieq “il-bnedmin kollha jsalvaw u jiġu għat-tagħrif tal-verità” (1 Timotju 2:4). Il-Kummissjoni l-Kbira ġġegħilna naqsmu l-aħbar it-tajba sakemm kull persuna tkun semgħet. Bħall-qaddejja fil-parabbola ta’ Ġesù, imissna nkunu bieżla fil-ħidma tas-saltna, nagħmlu dixxipli min-nazzjonijiet kollha: “U sejjaħ għaxar ilsiera tiegħu u tahom għaxar miniet, u qalilhom, ‘Ikkummerċjaw bihom sakemm niġi lura” (Luqa 19:13).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-Kummissjoni l-Kbira x’inhi?
© Copyright Got Questions Ministries