settings icon
share icon
Mistoqsija

Is-salvazzjoni hi bil-fidi biss, jew bil-fidi u l-opri wkoll?

Tweġiba


Is-salvazzjoni hi bil-fidi biss, jew riżultat ta’ fidi u opri tagħna? Din hi abbli l-mistoqsija l-iżjed importanti fit-teoloġija Kristjana. Hi kwisjtoni tant kruċjali illi kkawżat ir-Riforma, il-firda magħrufa bħala l-Kattoliċeżmu u l-Protestantiżmu. Din il-mistoqsija hi differenza bażika bejn il-Kristjaneżmu bibliku u l-kulti. Ewwilla s-salvazzjoni hi permezz tal-fidi biss jew inkella fidi u opri umani? Biex nistaqsuha mod ieħor, jien salvat billi sempliċement nafda f’Ġesù s-Salvatur, jew inkella nemmen fih u nagħmel ċerti ħwejjeġ?

L-opri jew għemejjel, miżjuda mal-fidi, bħala meħtieġa għas-salvazzjoni, huma differenti f’ċirkoli reliġjużi diversi. Ħafna gruppi jsemmulek il-magħmudija fl-ilma bħala opra li jeħtieġ tkun miżjuda mal-fidi għas-salvazzjoni – jekk m’intix mgħammed, m’intix salvat. Xi wħud imorru oltre minn hekk: trid tkun mgħammed minn persuna xierqa, bil-metodu korrett, u bil-formula korretta.

Oħrajn jissuġġerixxu ritwali differenti li jeħtieġ ikun osservata sabiex tkun salvat, iżda l-formula hi dejjem fidi + (imla l-vojt). Is-salvazzjoni hi bil-fidi + tisma’ l-quddies, jew fidi + il-qrar, jew fidi + tagħti l-karità, eċċ.

Bosta passaġġi fil-Bibbja jgħallmu illi s-salvazzjoni hi permezz tal-fidi biss, mhux fidi u opri. Efesin 2:8-9, pereżempju, hi ċara u tonda, hekk li ma tistax tikkontradixxiha: “Għax bil-grazzja intom salvati, permezz tal-fidi; u dan mhux minnkom infuskom, hu l-għotja t’Alla; mhux bl-opri, sabiex ħadd ma jiftaħar.”

Importanti nifhmu l-kelma grazzja, li tirreferina għall-barkiet t’Alla mogħtija lil min ma ħaqqux. L-istess idea ta’ grazzja tinnega kull tentattiv biex naqilgħu s-salvazzjoni b’merti tagħna. Pawlu jargumenta mill-fatt li Alla għażel fdal ta’ nies għalih: “Hekk ukoll mela fiż-żmien preżenti hemm fdal magħżul bi grazzja. Imma jekk bi grazzja, mhux iżjed mill-opri, altrimenti l-grazzja ma tkunx iżjed grazzja” (Rumani 11:5-6).

Passi oħra jgħallmu fiċ-ċar illi s-salvazzjoni ngawduha billi sempliċement nemmnu. Dawn jinkludu Atti 16:31; Rumani 3:28; 4:5; 5:1; Galatin 2:16; 3:24; Efesin 1:13 u Filippin 3:9.

Hemm ftit passaġġi bibliċi illi, mal-ewwel daqqa t’għajn, qishom jgħallmu li s-salvazzjoni hi bil-fidi u l-opri. Pass minnhom hu Ġakbu 2:24, li jidher qed jargumenta illi l-ġustifikazzjoni hi bil-fidi u l-opri. Din il-problema apparenti hi solvuta meta neżaminaw l-argument sħiħ ta’ Ġakbu fl-epistola tiegħu. Ġakbu qed jissielet kontra l-idea li persuna tista’ jkollha l-fidi salvivika mingħajr ma tipproduċi opri tajba (ara Ġakbu 2:17-18). Il-fidi ġenwina fi Kristu, jgħarrafna Ġakbu, tipproduċi ħajja mibdula u tirriżulta fl-għemil it-tajjeb (Ġakbu 2:20-26). Ġakbu mhuwiex jgħallem li l-ġustifikazzjoni hi bil-fidi u l-opri, iżda illi persuna tabilħaqq ġustifikata se turi opri tajba f’ħajjitha. Dan l-għemejjel tajba huma wirja esterna ta’ fidi ġenwina fi Kristu (Ġakbu 2:14,17,20,26). Din il-wirja esterna tiġġustifika lill-fidil f’għajnejn ħaddieħor.

Pawlu jgħallem illi dawk li jeżerċitaw fidi ġenwina f’Ġesù Kristu jkunu ħerqana biex jagħmlu t-tajjeb (Titu 2:14). Biex induru lura għall-Efesin 2, immedjatament wara illi jgħallem li aħna salvati permezz tal-fidi, mhux bl-opri tagħna (Efesin 2:8-9), l-appostlu jissokta jgħidilna illi aħna konna maħluqin biex nagħmlu l-opri t-tajba (Efesin 2:10). Is-salvazzjoni tiġina mill-grazzja t’Alla permezz tal-fidi, u dik il-fidi hi espressa jew murija f’opri tajba. L-opri jirriżultaw mill-fidi (li biha nsalvaw) u huma prova ta’ fidi vera.

Jekk se ngħidu li aħna salvati bl-opri, irridu nagħmluha ċara bl-opri ta’ min. M’aħniex salvati bl-opri tagħna nfusna, avolja forsi jidhru meritevoli f’għajnejna stess. Aħna salvati biss bl-opra ta’ Kristu għan-nom tagħna. Il-mewt u l-qawmien tiegħu huma l-opri li jsalvawna. Nirċievu lis-Salvatur bil-fidi (Ġwanni 1:12).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Is-salvazzjoni hi bil-fidi biss, jew bil-fidi u l-opri wkoll?
© Copyright Got Questions Ministries