settings icon
share icon
Mistoqsija

Kif nista’ nkun xhud effettiv għal Kristu f’dinja mwaqqa’?

Tweġiba


“Xhud” hu xi ħadd li jixhed fatt, allura biex inkunu xhud għal Kristu, l-ewwel irid ikollok it-tagħrif personali tiegħu. L-appostlu Ġwanni jitkellem dwar dan fl-1 Ġwanni 1:1-3, meta jgħid, “Dak li rajna b’għajnejna, dak li osservajna u jdejna messew – dan nipproklamaw dwar il-kelma tal-ħajja.” Illum, aħna li esperjenzajna l-ħajja ġdida fi Kristu nirrakkontaw dwar l-imħabba u l-maħfra tiegħu, kemm verba lment kif ukoll fil-mod kif ngħixu ħajjitna. Hekk tagħti xhieda. Biex inkunu effettivi fix-xhieda tagħna, jeħtieġ niftakru diversi ħwejjeġ bażiċi:

1) It-TEMA tax-xhieda tagħna hi Ġesù Kristu. Pawl spjega l-vanġelu bħala l-mewt, difna, u l-irxoxt ta’ Ġesù Kristu (1 Korintin 15:1-4). Jekk m’aħniex nispjegaw is-sagrifiċċju ta’ Kristu, allura m’aħniex naqsmu l-evanġelju verament (Ara wkoll 1 Korintin 2:2 u Rumani 10:9-10.) Parti important ta’ din it-tema huwa l-fatt li Ġesù Kristu huwa l-uniku triq għas-salvazzjoni, mhux waħda mill-ħafna toroq. “Jien hu t-triq, u l-verità, u l-ħajja; ħadd ma jiġi għand il-Missier, ħlief permezz tiegħi” (Ġwanni 14:6).

2) Il-QAWWA tax-xhieda tagħna huwa l-Ispirtu s-Santu. Huwa l-Ispirtu li jittrasforma l-ħajja umana (Titu 3:5), u ħajja ttrasformata hi evidenti għal kulħadd. Meta nagħtu xhieda, imissna nqattgħu ħafna ħin fit-talb, nirċievu għalina l-qawwa tal-Ispirtu sabiex inkunu fornuti ħa nħallu d-dawl tagħna jiddi b’tali mod li ħaddieħor jinduna bil-qawwa t’Alla fina (Mattew 5:16).

3) Il-VALIDITÀ tax-xhieda tagħna se tidher fil-mod li ngħixu ħajjitna. Filippin 2:15 iqiegħed l-għan quddiemna: “Sabiex issiru bla ħtija u innoċenti, tfal t’Alla bla difett f’nofs ġenerazzjoni mgħawġa u depravata, li fiha tiddu bħala stilel fid-dinja.” Ix-xhud Kristjan effettiv jgħix bla tixlija fis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu, u b’wirja tal-frott tiegħu hekk kif nibqgħu fi Kristu (Ġwanni 15:1-8; Galatin 5:22-23).

Forsi l-aktar importanti hu li nkunu familjari mal-Iskritturi sabiex inkunu kapaċi nippreżentaw il-vanġelu lil oħrajn bi preċiżjoni u koerenza. “Preparati dejjem biex toffru difiża ’l kull min jissupplikakom biex tagħtuh reżukont għat-tama fikom” (1 Pietru 3:15). Preparati dejjem ifisser studju diliġenti tal-Bibbja, memorizzazzjoni tal-Iskrittura, u talb biex Alla jagħtina opportunitajiet biex nixxerjaw ma’ dawk li qlubhom ġew preparati mill-Mulej biex jisimgħu l-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Kif nista’ nkun xhud effettiv għal Kristu f’dinja mwaqqa’?
© Copyright Got Questions Ministries